€14,000 għall-persuni li jitimgħu annimali abbandunati minn flushom – One News

€14,000 għall-persuni li jitimgħu annimali abbandunati minn flushom

Ingħalqet il-kampanja ‘Floyd Campaign 2016′ imtella minn Pink Panther u Borg & Cardona bis-somma miġbura tkun dik ta’ €14,000. Din is-somma ġiet imsarrfa f’ikel li ngħata lil nies li jitimgħu lil annimali abbandunati minn flushom.

Ingħata ukoll għajnuna lis-santwarji tal-annimali. Għall-għeluqa tal-kampanja kien hemm preżenti ukoll il-Ministru Roderick Galdes li fl-indirizz tiegħu saħaq fuq l-għajnuna li l-Gvern qiegħed jagħti lis-santwarji.

Filfatt issa l-Gvern qed iħalli f’idejn is-santwarji stess biex isibu familji ġodda għal dawn l-annimali filwaqt li għal kull annimal li jingħata dar ġdida l-Gvern qed jagħti kontribut finanzjarju lis-santwarju.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. I was sopose to collect as I got 17 special need cats all indoors but lost everything becaouse of no transport, anyways my luck.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend