Inkwiet bejn l-Amerka u l-Awstralja – One News

Notifiki

Inkwiet bejn l-Amerka u l-Awstralja

Telefonata bejn il-President Amerikan Donald Trump u l-Prim Ministru Awstraljan Malcolm Turnbull dwar ftehim fuq refuġjati waqfet ħesrem wara ftit minuti.

Il-ftehim kien intlaħaq taħt l-amministrazzjonin Obama, u permezz tiegħu 1,250 persuna tfittex l-ażil fl-Awstralja għandha ssib posta fl-Istati Uniti tal-Amerka.

Washington Post qed tirrapporta li Trump sejjaħ it-telefonata “l-agħar li kellu s’issa” ma mexxejja dinjin. Aktar tard, Trump kiteb fuq Twitter li se jkun qed jistudja dan il-ftehim “banali”

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend