Għandha 89 sena u għadha taħdem bħala kirurgu – One News

Notifiki

Għandha 89 sena u għadha taħdem bħala kirurgu

Jekk taħseb li l-età titfak lura fil-karriera tiegħek, Alla Illyinichna Levushkina se tbiddillek fhemtek! Dan hekk kif ta’ kważi 90 sena għadha taħdem bħala kirurgu fl-isptar ta’ Ryazan City f’Moskow.

Fl-età ta’ 89 sena, Alla, għadha tagħmel madwar erba’ operazzjonijiet kuljum u tgħix f’appartament żgħir fejn tieħu ħsieb lin-neputi tagħha li għandu diżabilità u tmient iqtates. Hi ilha kirurgu għal dawn l-aħħar 67 sena u minkejja li għamlet ‘il fuq minn 10,000 operazzjoni, m’għandha l-ebda ħsieb li tieqaf.

“Li tkun kirurgu mhix sempliċiment professjoni iżda parti mill-ħajja. Jekk nieqaf, min se jagħmel dawn l-operazzjonijiet?” qalet Alla.

Qed jingħad li hi l-unika kirurgu li ta’ dik l-età għadha tagħmel l-operazzjonijiet.

Meta staqsewha kif għadha tiflaħ, hi qaltilhom “Xejn speċjali. Niekol minn kollox, nidħaq ħafna u nibki ukoll.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend