Bil-filmat: Il-weġgħa ta’ iben li ommu nesiet min hu – One News

Notifiki

Bil-filmat: Il-weġgħa ta’ iben li ommu nesiet min hu

“Din hi l-agħar ġurnata ta’ ħajti!” Hekk qal iben ta’ mara li tbgħati bid-dimenzja, wara li ġibed filmat tiegħu jżur l-ommu u waqt li qed ikellimha sfortunatament tinsa min hu.

Joey Daley, ta’ 45 sena minn Dublin, Ohio, iddokumenta l-battalja li ommu Molly għaddejja minnha b’filmati meħudin kull ġimgħa. Battalja li waqtha qed tiġġieled kontra d-dimenzja.

Fl-età ta’ 66 sena, Molly ngħatat l-aħbar li għandha Lewy Body Dementia. F’sena minn meta ngħatat l-aħbar, Molly issa tinsab f’dar tal-anzjani għax mhix kapaċi tgħix waħedha u lanqas tieħu l-mediċin meħtieġa.

Fl-aħħar filmat li ġie ppubblikat, it-tifel tagħha jibda jibki u jolfoq għax għall-ewwel darba esperjenza mument diffiċli, dik li ommu stess tinsa’ li hu t-tifel tagħha.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend