Bdiewa jitimgħu Skittles lill-baqar – One News

Notifiki

Bdiewa jitimgħu Skittles lill-baqar

Il-ġimgħa li għaddiet, mijjiet ta’ eluf ta’ Skittles ħomor instabu mifruxa fi triq prinċipali f’Wisconsin. Dak il-ħin ħadd ma kien jaf min nfejn ġew u għalfejn kienu hemm, iżda wara investigazzjoni ta’ Pulizija lokali, residenti saru jafu li dawn il-ħelwiet ħomor kellhom ikunu ikel għall-baqar.

“Nistgħu nikkonfermaw li l-iSkittles waqgħu minn ġo trakk,” qal il-Kap tal-investigazzjoni f’messaġġ fuq Facebook.

Hu kompla billi qal li “Qed jingħad li kienu qed jiġu trasportati biex jingħataw lill-baqar wara li ma stabux li kienu tajbin biex jitqassmu fis-suq.”

Wara investigazzjoni intensiva, il-Pulizija saru jafu li dawn l-iSkittles, li ma kellhomx l-ittra S fuqhom, kieni se jingħataw bħala ikel lill-baqar. Prattika li ilha ssir għal bosta snin, iżda ħadet il-fama riċentament wara li kien hemm żieda fil-prezzijiet tal-ikel tal-baqar. Skond CNN, l-iSkittles huma sors irħis ta’ karboidrati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend