Raġel b’rabtiet mal-ISIS arrestat fil-Ġermanja – One News

Notifiki

Raġel b’rabtiet mal-ISIS arrestat fil-Ġermanja

Raġel Tuneżin ta’ sitta u tletin sena, suspettat li kien jingaġġa nies mal-grupp tal-Istat Iżlamiku, kien arrestat wara li saru diversi rejds fil-Ġermanja. Huwa kien wieħed minn sittax-il persuna arrestati fl-istat ta’ Hesse, hekk kif 1,100 pulizija fittxew appartamenti, negozji u moskej.

It-Tuneżin kien imfittex ukoll mill-awtoritiajiet ta’ pajjiżu b’rabta ma’ attakk li sar fil-Mużew Bardo f’Tuneż. Dakinhar, 21 turist inqatlu, b’Tuneżin imut għaxart ijiem wara. Il-maġġoranza tal-vittmi kienu Brittaniċi, Ġappuniżi, Franċiżi, Taljani jew Kolombjani.

L-awtoritajiet fi Frankfurt qalu li l-operazzjoni fil-jum tal-Erbgħa kienet ir-riżultat ta’ investigazzjoni li ilha għaddejja erba xhur. Spjegaw li kellhom evidenza li l-Iżlamisti kienu qed jippreparaw attakk, li kien għadu fl-ewwel stadji tiegħu

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend