Rabatha u qatalha widnejha wara bibien magħluqa – One News

Notifiki

Rabatha u qatalha widnejha wara bibien magħluqa

Tfajla ta’ 23 sena mill-Afghan spiċċat vittma ta’ vjolenza domestika, r-raġel tagħha rabatha u qatalha widnejha t-tnejn. Il-mara, Zarina, spiċċat l-isptar u minkejja li stabbli, t-tobba qalu li għada taħt xokk.

Hija stqarret li ma tafx għalfejn ir-raġel tagħha għamilha hekk, “jiena ma għamilt l-ebda dnub”, qalet il-mara. Ir-raġel tagħha ħarab minn fuq il-post wara li allegatament attakka lil martu u għadu qed jiġi mfittex mill-Pulizija. Din it-tfajla, iżewġet lir-raġel tagħha ta’ tlettax-il sena u stqarret mal-BBC li r-relazzjoni tagħhom ma kinitx sejra tajjeb.

 

Ir-raġel tagħha ma bediex iħalliha tkellem lill-ġenituri tagħha u għalhekk stqarret li ma riditx tibqa’ aktar f’relazzjoni miegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend