“Irridu nwaqqfu din il-VJOLENZA MORALI kontinwa” – Chris Cardona – One News

Notifiki

“Irridu nwaqqfu din il-VJOLENZA MORALI kontinwa” – Chris Cardona

Waqt intevent fuq One News Breakfast, il-Ministru Chris Cardona qal li se jittieħdu passi legali fil-ġranet li ġejjin fil-konfront tal-istejjer li nkitbu dwaru. Iddeskrivihom bħala “allegazzjonijiet serji u xokkanti”, u l-blogger Daphne Caruana Galizia ddeċidiet tigdeb fuqu f’numru ta’okkażjonijiet imma issa laħqet livell baxx ħafna… tattakka familjari ta’ politiċi , lilhom personalment u saħansitra tgħajjar bil-mard.

“Irridu nwaqqfu din il-vjolenza morali kontinwa fuq il Gvern u l-Partit Laburista” sostna Chris Cardona, u nnota li huwa evidenti li Simon Busuttil, Beppe Fenech Adami, Salvu Mallia u Daphne Caruana Galizia qed jiġbdu l-istess ħabel, bl-unika arma li għandhom hija li jitfgħu l-ħmieġ bit-tama li jxekklu ħidmet il-Gvern.

Dan huwa evidenti aktar minn qatt qabel fid-diskors li għamel Simon Busuttil fil-Parlament, li kien eku ta’ kliem Caruana Galizia, u l-faċċata tan-Nazzjon dalgħodu, li titfa’ allegazzjonijiet mhux sostanzjati, ispirati purament minn kitbet l-istess blogger.

“Se nkomplu naħdmu minkejja l-attakki” temm jgħid il-Ministru Cardona.

Ta’ QabelLi Jmiss

7 Comments

  1. X’disprament ta’ nies! Tilfu kwalsijasi sens ta’ dicenza! X’ bassezzi jaqa’ ghalihom min hu daru mal- hajt! Hasbu lill- poplu Vera injorant u ma jindunax li Dan l- ghemil hu l-agir ta’ min ma ghandu xejn x’ jitlef?

  2. The problem is that once it is written and read it would leave its mark , and if they be taken to court it still make its damage . While if the person is arrested they will say its against the law,or a dictator. There must be a clear law at one time a person use to be taken in Parlament.

  3. Il mistoqsija tibqa , x se issir biex dal gideb (jekk inu veru gideb) ma jibqax issir , din hija alegazjoni gravi min DCG . Nistenew u naraw.

    1. Wisq probabbli diga tezisti fil-forma ta’ libell jew malafama. Il-problema qeghda fejn jidher li hemm budget ghall-libelli u meta d-danni jithallsu l-hsara tkun saret u min hammeg ikun rebah xorta. L-unika legislazzjoni li forsi ghad mhemmx hija wahda fejn dak li mhux illegali ma jgawdi mill-ebda argument ta’ veru jew mhux, imma jsir fih innifsu illegali ghax attakkajt il-hajja privata tan-nies. Fi kliem iehor, privacy law iebsa bhalma tezisti f’pajjizi ohra Ewropej bhal Franza. Ghall-bqija, jibqa biss l-alternattiva kera ta’ sinna b’sinna. Imma jekk hemm bzonn…

  4. Sorates 2000 sena ilu kien qal li meta it-tellief jitlef id-dibattitu, dan idur biex ihammeg u jigdeb! U hekk qed jaghmel il–PN taht it-tmexxi fanatika u mahmuga ta Simon Busuttil.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend