In-Norveġja u pajjiżna b'relazzjoni aktar b'saħħitha | One News

Notifiki

In-Norveġja u pajjiżna b’relazzjoni aktar b’saħħitha

Il-Prim Ministru tan-Noverġja Erna Solberg tul laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat saħqet li pajjiża jrid ikompli jsaħħaħ ir-relazzjoni tiegħu ma’ Malta matul dawn is-sitt xhur li pajjiżna għandu t-tmum tal-Presidenza. Hija stqarret li tixtieq aktar koperazzjoni ma’ pajjiżna fejn jidħol s-Schengen u s-suq komuni.

Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru Joseph Muscat stqarr li hemm numru ta’ elementi li n-Noverġja u Malta jaqblu dwarhom u li pajjiżna qed iħares ‘il quddiem biex issaħħaħ din ir-relazzjoni. Il-Prim Ministru qal li n-Noverġja qed turi l-benefiċċji tas-suq komuni u li kienet fundamentali fl-isfida tal-immigrazzjoni.
Huwa spjega li n-Norveġja huwa pajjiż li anke ta sehmu fl-isfidi ewlenin li qed taffaċċja l-Unjoni Ewropea u li tul il-Presidenza jeħtieġ li jiġi diskuss kif is-sitwazzjoni preżenti se taffettwa r-relazzjoni tal-pajjiżi mal-Unjoni Ewropea.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend