Il-Prim Ministru tan-Norveġja impressjonata bil-Palazz ta' San Anton | One News

Notifiki

Il-Prim Ministru tan-Norveġja impressjonata bil-Palazz ta’ San Anton

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ltaqgħet mal-Prim Ministru tan-Norveġja Erna Solberg. Laqgħa li saret fil-Palazz tal-President f’San Anton, liema Palazz jidher li impressjona lil Solberg hekk kif l-ewwel kliem tagħha kien dwar is-sbuħija tal-istess palazz.
Din mhux l-ewwel darba li l-Prim Ministru tan-Norveġja tinsab f’pajjiżna hekk kif kienet ġiet pajjiżna għall-Valletta Summit.

Tul din il-laqgħa l-President ta’ Malta spjegat ix-xogħol li jagħmlu fondazzjonijiet importanti f’pajjiżna, fosthom il-fondazzjoni għall-ġid tas-soċjetá u l-Malta Community Chest Fund.

Wara din il-laqgħa ta’ korteżija, l-Prim Ministru Norveġiża flimkien mad-delegazzjoni tagħha se jkollha taħdidiet mal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend