2,357 ċitazzjoni fl-2016 f’San Ġiljan – One News

Notifiki

2,357 ċitazzjoni fl-2016 f’San Ġiljan

San Ġiljan kien il-lokalità li tul is-sena tal-2016 ingħataw l-akbar numru ta’ ċitazzjonijiet, dan hekk kif ingħataw 2,357 ċitazzjoni.

Din l-informazzjoni ħarġet wara li d-deputat Nazzjonalista Ryan Callus staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Joe Mizzi,  għal lista ta’ ċitazzjonijiet li ngħataw bejn is-snin 2013 u l-2016 ta’ kull lokalità.

It-tieni lokalità li ngħataw l-aktar ċitazzjonijiet tul is-sena 2016 hi l-Imsida b’941, b’żieda konsidorevoli meta mqabbla mas-sena 2015 fejn ingħataw 86 ċitazzjoni.

Il-Gudja u l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jinsab fit-tielet post tal-aktar lokalità li ngħataw ċitazzjonijiet fiha, bit-total ikun ta’ 835 ċitazzjoni.

Balluta, B’Bugia, Birgu, Bulebel, Ċirkewwa, CityGate, Fleur De Lys, Għarb, Ħal Far, Ibraġġ, Marsalforn, Mater Dei, Mrieħel, Nadur, Naxxar, Rabat, San Lawrenz, Santa Luċija, Ta’ Qali u x-Xlendi huma fost il-lokalitajiet bl-inqas numru ta’ ċitazzjonijiet li ngħataw fl-2016 hekk kif tul dik is-sena ma nħarġu l-ebda ċitazzjonijiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend