KURT CASSAR: il-leħen Malti li ntgħoġob sew mis-suq Ingliż… – One News

KURT CASSAR: il-leħen Malti li ntgħoġob sew mis-suq Ingliż…

It-talent Malti qed jispikka f’diversi oqsma, partikolarment dak mużikali. Kanzunetta bit-titlu ‘Rising Up’ se  tkun l-ewwel single imqassma fis-swieq  mużikali tar-Renju Unit għal Kurt Cassar.

Hija kanzunetta prodotta ġewwa record label u artist development studio Ingliż bl-isem ta’ ‘Downtown Artists’ f’Oxford, Londra. L-istess label rat artisti internazzjonali jibdew il-karriera tagħhom minn ġewwa fiha.

Kurt Cassar bl-għajnuna tal-vocal coach tiegħu Claudia Magrin, kien spikka fost  grupp  kbir t’ artisti fl-2014, biex jibda jitħarreġ fil-kitba ta’ lirika tal-kanzunetti u anki’ jirreġistra  l-kanzunetti tiegħu  hemmhekk b’ mod professionali. Biex intgħażel, kien tela’ Londra, fl-istudios ta’ Oxford, u kanta acapella quddiem żewġ producers. Impressjonati bit-talent tiegħu, Kurt intgħażel.

Wara li nħadmu erba’ kanzunetti għal Kurt minn produtturi artistiċi differenti, ‘Rising Up’ fuq stil ‘Soul R&B’ li tikkumplimenta l-istil ta’ Kurt ġiet magħżula  fost ħafna kanzunetti biex tiġi mqassma fis-suq Ingliż. Fl-aħħar ta’ Frar se tkun imedija fuq mezzi soċjali bħal YouTube u Twitter.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend