Ir-Reġina mhux komda bl-istedina ta’ Trump – One News

Notifiki

Ir-Reġina mhux komda bl-istedina ta’ Trump

Id-deċiżjoni ta’ Theresa May dwar l-istedina ta’ Donald Trump għal żjara statali poġġiet lir-Reġina Eliżabetta f’pożizzjoni kemmxejn skomda, dan skont eks-mexxej tal-Uffiċċju Barrani.

F’ittra lil The Times, Lord Ricketts qal li l-istedina kienet waħda li saret mingħajr ħsieb.

Ftit tal-jiem ilu nbdiet petizzjoni kontra din iż-żjara statali fejn s’issa nġabru aktar minn 1.6 miljun firma.

It-Tnejn li għadda, eluf ta’ persuni fir-Renju Unit  ingħaqqdu flimkien f’protesta kontra d-deċiżjoni li ħa Trump fir-rigward ta’ Musulmani minn seba’ pajjiżi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend