Il-Ministru Cardona jiċħad id-dettalji ta’ blog dwaru – One News

Notifiki

Il-Ministru Cardona jiċħad id-dettalji ta’ blog dwaru

Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Chris Cardona, fi stqarrija ċaħad kategorikament l-allegazzjonijiet imxandra fuq il-blog ta’ Daphne Caruana Galizia dwar post li ffrekwenta waqt żjara uffiċjali tal-Gvern fil-Ġermanja, f’dak li huwa każ ieħor ċar ta’ ‘fake news.’

Din hija biss gidba sfaċċata oħra minn naħa ta’ Caruana Galizia, intiża biss biex tħammeġ l-individwi u tissuġġetthom għall-assasinju tal-karattru, kompliet tgħid l-istqarrija

Din ma kinetx l-ewwel okkażjoni li l-Ministru Cardona spiċċa fil-mira ta’ din il-blogger. Imma kif għamel fil-passat, mhux se jħalli dawn l-attakki jtellfuh mill-impenn li jkompli jaħdem biex jattira l-investiment, joħloq klima ekonomika b’saħħitha, u fuq kollox aktar opportunitajiet ta’ xogħol.

L-istqarrija temmet tgħid li l-impenji tal-Ministru Cardona fil-Ġermanja jissuktaw bil-parteċipazzjoni tiegħu fl-ewwel Stake Holder Forum dwar id-Diġitizzazzjoni tal-Industrija fl-Ewropa, fejn il-Ministru Cardona kien mistieden mill-Ministeru Ġermaniz għall-Affarijiet Ekonomiċi sabiex jindirizza lill-udjenza ta’ dan il-forum.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend