Arrestat student b’rabta mal-attakk f’Moskea f’Quebec – One News

Notifiki

Arrestat student b’rabta mal-attakk f’Moskea f’Quebec

Il-Pulizija Kanadiża arrestat student Franċiż Kanadiż ta’ 27 sena, b’rabta mal-attakk imdemmi f’Moskea f’Quebec.

Alexandre Bissonnette qed ikun akkużat bil-qtil ta’ sitt persuni u bl-attentat ta’ qtil ta’ ħamsa oħra.

Fil-ħin tal-attakk fil-Moskea kien hemm mal-ħamsin persuna, u lil’hinn minn dawk mejta ndarbu dsatax oħra, b’uħud minnhom għadhom l-iSptar f’qagħda kritika.

B’rabta mal-istess attakk ġie arrestat ukoll Marokkin li qed jitqies bħala xhud ewlieni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend