Rifużjoni tat-taxxa li se tingħata fi ftit sigħat | One News

Notifiki

Rifużjoni tat-taxxa li se tingħata fi ftit sigħat

 Persuni li jgħixu f’pajjiż mhux Ewropew u jiġu f’pajjiżna se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn memorandum of understanding li ġie ffirmat illum bejn il-Gvern u Fintrax group. Permezz ta’ dan il-ftehim persuni li jkunu xtraw kwalunkwe oġġett minn Malta li se jkunu qed jieħdu lura magħhom f’pajjiżhom se jiġu eżentati mit-taxxa.

Dan ifisser li persuni li huma eliġibbli, jistgħu jimlew formola qabel jitilqu minn pajjiżna biex b’hekk jingħataw il-flus lura tat-taxxa li jkunu ħalsu fuq dawn l-oġġetti. Huma se jkunu jistgħu jiksbu din il-karta fl-uffiċini li se jkun hemm fl-ajruport Internazzjonali ta’ Malta, tal-Fintrax group, biex imbagħad jirċievu l-flus fi żmien qasir.

Permezz ta’ dan il-ftehim, il-proċess se jkun qed jiġi simplifikat u se jkun aktar effiċjenti, hekk kif qabel dan il-ftehim turist kien qed idum jistenna dan il-ħlas għal madwar tmintax-il xahar filwaqt li se jkun qed inaqqas il-piż amministrattiv tad-Dipartiment tat-taxxa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend