Jekk għandek tfal li ħadu sehem f’xi kors jew attività tista’ tibbenefika! – One News

Notifiki

Jekk għandek tfal li ħadu sehem f’xi kors jew attività tista’ tibbenefika!

Jekk int ġenitur li tul l-2016 ħallast għal xi kors ta’ kreattivitá jew għal xi attivitajiet relatati ma’ xi sport għat-tfal tiegħek, int intitolat għal tnaqqis fit-taxxa sa l-ammont massimu ta’ €100 fuq kull tifel jew tifla.

Sabiex wieħed ikun eliġibbli biex jibbenefika minn dan it-tnaqqis, it-tfal irid ikollhom sittax-il sena jew inqas u jkunu ħadu sehem f’xi attività jew għamlu xi kors fis-sena 2016.

Jekk it-tifel jew tifla ħadu kors ta’ kreattività u tixtieq tibbenefika minn dan it-tnaqqis tista timla l-applikazzjoni u jibgħatha lill-Kunsill Malti għall-Arti sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2017. L-applikazzjoni tista’ titniżżel onlajn minn www.ird.gov.mt jew mis-sit www.artscouncilmalta.com.

Jekk se tkun qed tapplika għax it-tifel jew tifla ħadu sehem f’xi attività relatata ma xi sport, tista takkwista applikazzjoni onlajn mis-sit www.ird.com.mt jew mis-sit www.sportmalta.org.mt u wara li timla l-informazzjoni neċessarja l-applikazzjoni għandha tintbagħat lil SportsMalta sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar tal-2017.

Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jikkuntattja l-Inland Revenue Department billi jċempel fuq 153 jew jibgħat ittre fuq [email protected].

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend