10,000 refuġjat se jiġu ingaġġati minn kumpanija | One News

Notifiki

10,000 refuġjat se jiġu ingaġġati minn kumpanija

Il-kumpanija magħrufa madwar id-dinja, Starbucks, se tkun qed tingaġġa madwar 10,000 refuġjat fuq mhedda ta’ ħames snin. Dawn ir-refuġjati se jiġu impjegati minn 75 pajjiż differenti, pajjżi fejn din il-kumpanija topera.

Dan ħabbru ċ-chairman u c-CEO ta’ Starbucks, Howard Schultz, fir-rispons tiegħu għall-ordni eżekuttiva tal-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, biex ċittadini minn seba’ pajjiżi Musulmani jitwaqqfu milli jidħlu fl-Istati Uniti.

F’ittra li bat lill-ħaddiema tiegħu, Schultz kiteb li l-kumpanija se tkun qed tieħu numru ta’ azzjonijiet biex ikomplu jissaħħu r-relazzjonijiet tagħhom mas-sieħba tagħhom fin-negozju minn dawn il-pajjiżi.

Din il-proposta li għamlet il-kumpanija se tkun qed tingaġġa l-ewwel dawk ir-refuġjati li servew fil-militar tal-Istati Uniti bħala interpreti, fost oħrajn.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend