Sejħa għal extras fil-films – esperjenza jew flus? – One News

Notifiki

Sejħa għal extras fil-films – esperjenza jew flus?

Għal min qed ifittex esperjenza ġdida u jagħmel kemxa tajba, bħalissa huwa ċ-ċans hekk kif qed isiru numru ta’ sejħiet għal extras għall-films internazzjonali.

B’kapital li jiżboq ferm minn dak ta’ produzzjonijiet żgħar, id-diretturi ta’ dawn it-tip ta’ films ikunu qed ifittxu numru ta’ nies ta’ kull età sabiex jieħdu sehem fi ġbid ta’ xeni differenti.

L-industrija tal-films f’Malta kull ma jmur dejjem qed iżżid fil-popolarità tagħha.

F’pajjiżna is-sejħiet għal extras ma jonqsux u f’Marzu li ġej numru ta’ nies mistennija jkunu parti minn film ieħor ta’ Hollywood li partijiet minnu se jinġibdu f’Malta.

Is-Sibt filgħodu, ONE News mar biex isegwi mill-qrib l-attività li għaddejja fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana. Hemmhekk stajna naraw serbut ta’ mijiet ta’ nies jistennew wara xulxin, lesti biex jittantaw xortihom u jkunu parti minn dan il-film.

Anke jekk ġeneralment ma tingħatax informazzjoni dwar l-isem u x’ħa jkun qed jinvolvi l-film, l-applikanti jkunu ħerqana biex jieħdu sehem f’xi xeni.

Tkellimna ma’ uħud mill-applikanti dwar x’inhi r-raġuni ewlenija wara din l-għażla li jkunu parti minn dan il-films.

Kulħadd jgħid tiegħu. Min irid ikompli l-kullana ta’ esperjenzi tiegħu ta’ sebgħin sena waqt li ħaddiehor jara dawn is-sejħiet bħala opportunità biex jagħmel xi ħaġa tal-flus.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend