MIĊĦUDA t-talba biex titnaqqaslu sentenza ta’ 15-il sena ħabs – One News

Notifiki

MIĊĦUDA t-talba biex titnaqqaslu sentenza ta’ 15-il sena ħabs

John Camilleri, ta’ 48 sena mill-Imqabba, se jkompli jiskonta sentenza ta’ 15-il sena ħabs wara li l-Qorti Kostituzzjonali ċaħdet t-talba li għamel biex titnaqqas il-piena tal-ħabs.

Camilleri, magħruf bħala “Ġanni tal-Bully”, kien ġie kkundannat 15-il sena ħabs u mmultat €35,000 lura f’Novembru tal-2005 wara li f’ġuri nstab ħati li f’Diċembru tal-2000 kien instab fil-pussess ta’ 953 pillola ecstasy.

Hu ġie akkużat mill-Pulizija li ħeba l-pirmli f’ħajt tas-sejjieħ u f’munzell żrar fil-barriera tiegħu fil-Qrendi.

Quddiem il-Prim Awla Ċivili, Camilleri ilmenta li kellu jidher quddiem il-Qorti Kriminali, fejn il-piena hija agħar mill-piena tal-Qorti tal-Maġistrati. Il-każ kiber u quddiem il-Qorti Ewropea tal-Bniedem qlaet li Camilleri kellu jitħallas €1,000 f’kumpens talli inkisret il-kostituzzjoni. Dan ma kienx biżżejjed għal Camilleri li talab tnaqqis tal-piena.

Talba li l-Qorti Kostituzzjonali ċaħdet bl-argument li l-Qorti Ewropea ma semmiet l-ebda ħtieġa għat-tnaqqis fil-piena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend