Ħidma biex tikber ir-relazzjoni bejniethom | One News

Notifiki

Ħidma biex tikber ir-relazzjoni bejniethom

Il-Prim Ministru Theresa May qalet li r-Renju Unit se jtejjeb ir-relazzjonijiet ta’ negozju mat-Turkija wara li saru diskussjonijiet mal-President Tork Recep Tayyip Erdogan.

Il-Prim Ministru Ingliż qalet li t-Turkija hija ħabiba antika ta’ pajjiżha, iżda hemm potenzjal biex ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi jissaħħu.

Erdogan ħabbar li t-Turkija għandha l-ħsieb li tkabbar in-negozju mar-Renju Unit bi kważi ħames biljun dollaru.

May u Erdogan iddiskutew ukoll l-għaqda f’Ċipru, is-Sirja u s-sigurtà tal-avjazzjoni.

Il-Prim Ministru Ingliż qalet li kien hemm ftehim biex jinħatar working group konġunt biex jipprepara l-bażi għar-relazzjoni tan-negozju mar-Renju Unit wara li dan joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend