Maltin iqumu kontra Trump | One News

Notifiki

Maltin iqumu kontra Trump

“Donald Trump rebaħ l-elezzjoni presidenzjali tal-2016 u issa qed jaħtar nies b’mod li jqajjem bosta suspetti. Iċ-ċittadini qed jistaqsu kif in-nazzjoni jista’ jimxi ‘l quddiem b’kap li huwa omofobiku, razzist, xenofobiku u sessist”.

Hekk inkiteb fuq is-sit change.org; sit fejn ikunu ffirmati petizzjonijiet li f’ċertu okkażjonijiet verament iwasslu għal biddla.

Din il-petizzjoni s’issa iffirmawha aktar minn 107,908 persuna, iżda jonqos ħafna aktar għall-ammont mixtieq.

Li hu nteressanti li fost l-ismijiet hemm anke Maltin. Tinduna għax meta tidħol Facebook, issib notifiċi bħal dawn:

“Il-President tal-Istati Uniti huwa qieħed mill-aktar individwi  b’saħħithom fid-dinja; jekk m’għandux integrità u bilanċ emozzjonali, l-istabiltà globali u d-drittijiet umani se jmorru minn taħt. Jekk taqbel li dan ir-raġel m’għandux imexxi dan in-nazzjon ħieles, ingħaqa magħna! Iffirma din il-petrizzjoni biex titlob l-impeachment ta’ Donald Trump u tneħħilu kull opportunità li jikmanda l-id eżekuttiva tal-Gvern” tħeġġeġ il-petizzjoni.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend