Jirrifjuta li jixhed fil-każ ta’ ħuh – One News

Notifiki

Jirrifjuta li jixhed fil-każ ta’ ħuh

Ħu żagħżugħ akkużat bi traffikar ta’ droga m’aċċettax li jixhed fil-każ.

L-akkużat fil-każ huwa Melvin Cini, ta’ 26 sena li kien arrestat iktar kmieni dan ix-xahar wara li f’operazzjoni tal-Pulizija innotawh imur jiftaħ u jfittex f’karozza li kien fiha nstabet id-droga eroina, kokaina, kannabi u ecstacy.

Dan wara li iktar qabel kien deher jieqaf b’karozza oħra u jpoġġi xi affarijiet fiha.   

L-akkużat qal lill-Puliizja li ċ-ċavetta tal-karozza li kienet ilha pparkjata fl-istess post għal xi żmien kienet tinżamm fil-ħanut ta’ ommu f’Ħal Qormi u għalhekk persuni oħra kellhom aċċess għaliha.

Fil-Qorti kien irrimarkat ukoll li s-Seat Ibizia kienet propjeta ta’ ħuħ Terence Cini li wkoll ingħata kien interrogat u li bħalissa qed fuq dak li jissejjaħ police bail.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend