"Din il-Presidenza bdiet bl-aħjar mod possibbli" | One News

Notifiki

“Din il-Presidenza bdiet bl-aħjar mod possibbli”

“Din il-Presidenza bdiet bl-aħjar mod possibbli.” Dan qalitu l-Kummissarju Ewropew Věra Jourová hija u tindirriza konferenza tal-aħbarijiet wara li ntemmet il-laqgħa informali tal-Ġustizzja u Affarijiet Interni.

Laqgħa li fil-jum tal-ġimgha kienu diskussa l-Uffiċċju Ewropej ta’ prosekutur pubbliku u l-legislazzjoni fuq l-insolvenza.

Dwar l-ewwel punt il-Ministru għall-Ġustizzja, Owen Bonnici, qal li sar progress tajjeb fuqu hekk kif hemm 17-il pajjiż li qalu li huma favur dan l-uffċċju. Madanakollu din ma kinitx id-deċiżjoni finali, hekk kif għad hemm diversi pajjiżi b’tħassib individwali.

Dwar l-insolvenza, il-Kummissarju Ewropew qalet li mas-600 kumpanija jingħalqu ta kuljum u għalhekk hemm il-ħtieġa li dawn ikunu mgħejjuna.

Hija rrimarkat ukoll li filwaqt li d diskussjoni fuq dawn iż-żewġ inizjattivi se tkompli, se jkunu diskussa wkoll il-finanzjament tat-terroriżmu, ħasil ta’ flus u tfal immigranti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend