Trump favur li t-terroristi jiġu ttorturati | One News

Notifiki

Trump favur li t-terroristi jiġu ttorturati

Il-President il-ġdid tal-Istati Uniti qal li jrid jiġġieled it-terroriżmu permezz tat-tortura. Huwa jaqbel li t-tortura, speċifikament il-waterboarding terġa’ tiġi legali fl-Istati Uniti għax jemmen li hekk biss tista’ tiġi indirizzata din il-problema.

Trump qal li persuni li jaħdmu kontra t-terroriżmu u li għandhom livell ogħli ta’ intelliġenza qaluli li t-tortura verament taħdem minkejja dak li jgħidu l-esperti Militari. Huwa se jkun qed jikkonsulta mal-kabinett tiegħu din il-proposta li terġa tiġi introdotta t-tortura.

F’intervista ma’ ABC News, Trump spjega li l-ISIS qed jagħmlu attakki li konna naraw fi żmien medjevali u li dan jista’ miġġieled biss jekk tintuża t-tortura.

Huwa qal li se jkun qed jikkunsidra ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tas-segretarju għad-difiża James Mattis li jopponi tibdil fil-mod ta’ kif issir l-interogazzjoni u d-Direttur tac-CIA Mike Pompeo li tkellem favur waterboarding li hija tip ta’ tortura.

Il-President qal li se jkun qed iżomm ma’ dak li jgħidulu Mattis u Pompeo iżda esprima x-xewqa tiegħu li t-tortura tal-waterboarding tibda tintuża’ fl-Istati Uniti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend