Jitilgħu għal 29 il-vittmi fl-Italja – One News

Notifiki

Jitilgħu għal 29 il-vittmi fl-Italja

Il-kadavri ta’ raġel u mara nħarġu mit-tiġrif ta’ lukanda fl-Italja li ntlaqtet minn valanga l-ġimgħa li għaddiet.

B’hekk issa n-numru ta’ persuni mejta kawża tal-valanga laħħaq id-disgħa u għoxrin persuna.

Kienu b’kollox, erbgħin persuna fil-Lukanda Rigopiano f’Abruzzometa maltempata ta’ borra laqtet il-pajjiż il-ġimgħa l-oħra

Ħdax minnhom salvaw, b’disgħa persuni fosthom erba’ t’itfal inħarġu minn taħt it-terrapin, ħajjin.

Il-Prim Ministru, Paulo Gentiloni rrikonoxxa li l-uffiċjali lokali ma ħadux biżejjed bis-serjeta, r-rapporti inizjali tal-valanga.

Imma qal lill-parlament li ma kienx il-ħin ideali biex isibu f’min ipoġġu l-ħtija marbuta ma’ din it-traġedja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend