Valanga f'Kashmir tħalli erba' persuni mejta | One News

Notifiki

Valanga f’Kashmir tħalli erba’ persuni mejta

Familja ta’ erba’ membri tilfu ħajjithom kmieni llum wara li r-residenza tagħhom spiċċat midfuna fis-silġ kawża ta’ valanga f’Gurez qrib Kashmir.

Uffiċjal tal-Pulizija qal li tim ta’ salvataġġ qed jgħamlu kull sforz biex jinstab uffiċjal tal-armata dan hekk kif hu safa midfun taħt is-silġ.

L-awtoritajiet f’Kashmir ħarġu twissija li hemm ċans kbir li sseħħ aktar minn valanga waħda, dan wara li tul il-jum tal-bieraħ niżlet ħafna borra. Il-pubbliku qed jiġi mwissi biex ma jersaqx lejn żoni li jaf ikunu perikolużi, b’mod partikolari żoni qrib il-muntanji.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend