Żieda drastika fin-numru ta’ trabi li twieldu ċ-Ċina – One News

Notifiki

Żieda drastika fin-numru ta’ trabi li twieldu ċ-Ċina

In-numru ta’ trabi li twieldu fiċ-Ċina żdied b’ 7.9% fl-2016 meta kkumparat mal-2015 dan skont il-figuri li ppubblika l-Gvern Ċiniż. Din iż-żieda fin-numru ta’ trabi hija riżultat ta’ bidla fil-politika dwar it-tfal, hekk kif il-familji issa jista’ jkollhom żewġt itfal u mhux wieħed biss.

Dan ifisser li twieldu 17.86 miljun tarbija fl-2016, żieda ta’ 1.31 miljun fuq is-sena preċedenti. Dawn il-figuri jirrappreżentaw l-akbar numru ta’ trabi li twieldu fiċ-Ċina mill-2000.

Skont in-National Health and Family Commission, id-deċiżjoni li ħa l-Gvern Ċiniż li l-koppji jista’ jkollhom żewġt itfal kienet ir-raġuni ewlenija li dan il-pajjiż qed jesperjenza din iż-żieda drastika.

Id-Direttur ta’ din il-Kummissjoni stqarr li l-bidla fil-politika dwar it-tfal ħalliet l-effetti mixtieqa hekk kif l-għan kien li tiżdied il-popolazzjoni Ċiniża.

Il-politika li kienet tippermetti li koppja jkollha tarbija waħda biss ġiet introdotta fl-1979 u li wasslet għal rata baxxa ta’ twelid hekk kif bejn l-1960 u l-1965, koppja kien ikollha minn tal-inqas sitt itfal.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend