ITALJA: Jinstabu ħames persuni oħra mejta – One News

Notifiki

ITALJA: Jinstabu ħames persuni oħra mejta

Ħames persuni oħra nstabu bla ħajja qalb il-fdalijiet tal-lukanda fl-Italja, wara li spiċċat taħt is-silġ kawża ta’ valanga. Dan ifisser li t-total ta’ vittmi issa tela’ għal erbatax.

Dan ifisser li wara sitt ijiem ta’ operazzjoni ta’ salvataġġ, fadal ħmistax-il persuna irrapportati nieqsa. Il-ħaddiema tas-salvataġġ stqarru li xorta waħda għad hemm it-tama li jinsabu aktar persuni ħajjin.

Bħalissa għaddejja operazzjoni diffiċli biex ikunu jistgħu jsiru t-tfittxijiet f’dak li kien il-bar tal-lukanda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend