Parlamenti nazzjonali, Brexit u l-migrazzjoni fost l-ewwel temi diskussa | One News

Notifiki

Parlamenti nazzjonali, Brexit u l-migrazzjoni fost l-ewwel temi diskussa

Il-parlamenti nazzjonali, Brexit u l-migrazzjoni kienu t-temi ewlenin diskussa waqt l-ewwel laqgħa li saret  b’rabta mal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Laqgħa li kienet ippreseduta miċ-Chairman għall-Affarijiet Ewropej u Barranin, Luciano Busuttil, u li għaliha attendew Chairpersons ta’ parlamenti mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. 

L-ispeaker tal-kamra Anġlu Farrugia sostna fuq il-bżonn li l-Parlamenti jkunu voċiferi, iqarrbu l-Unjoni Ewropea lejn iċ-ċittadini u jifhmu l-proġett Ewropew. Appella għall-front maqgħqud biex il-parlamenti jippromwovu ekwità u l-unjoni.

Iċ-chairman tal-kumitat għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, Luciano Busuttil, sostna li id-diplomaziji parlamentari jridu jkunu iżjed attivi u jiżguraw li ċ-ċittadin jerġgħu jkunu fiċ-ċentru tad-deċiżjonijiet.

Id-deputat Prim Ministru Louis Grech, enfasizza dwar il-prijoritajiet li fuqhom se tkun qed taħdem fuqhom il-Presidenza Maltija.

‘Irridu nibqgħu ottimisti anke jekk hemm sfidi kbar quddiemna’ sostna Grech.  Żied jgħid li l-parlamenti għandhom irwol kruċjali biex jimplimentaw id-deċiżjonijiet li se jittieħdu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend