Jikser għonqu u jispiċċa mindud fis-silġ għal 24 siegħa – issalvah il-kelba tiegħu – One News

Notifiki

Jikser għonqu u jispiċċa mindud fis-silġ għal 24 siegħa – issalvah il-kelba tiegħu

Raġel li kiser għonqu waqt li kien barra mid-dar f’temp ixoqq l-għadam, spiċċa mindud fis-silġ għal kważi 24 siegħa u salva bis-saħħa tal-kelb tiegħu għax żammu sħun u nebaħ għall-għajnuna.

Ir-raġel li jgħix Michigan, kien waħdu meta telaq mid-dar tiegħu biex isib ftit injam, fejn spiċċa żelaq u kiser għonqu.

“Bdejt inwerżaq għall-għajnuna iżda ħadd ma beda jismagħni, minbarra Kelsey! Kelsey ġiet għall-għajnuna,” sostna r-raġel.

Kelsey hi kelba tar-razza Golden Retriever u li għandha ħames snin u sidha jiġi r-raġel li safa midrub. Kelsey żammitu sħun billi poġġiet fuqu, u bdiet tiġbidlu l-attenzjoni biex ma jintilifx minn sensieh billi tbuslu idu u wiċċu.

Sa filgħodu r-raġel tilef leħnu iżda Kelsey kompliet tinsisti bin-nebħa tagħha. Kien il-ġar tiegħi li semgħa lil Kelsey u ċempel għall-għajnuna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend