Iżommu lill-kunjata maqfula f’gaġġa – One News

Notifiki

Iżommu lill-kunjata maqfula f’gaġġa

Anzjana ta’ 92 sena ġiet sforzata li tgħix f’gaġġa mit-tifel tagħha u martu mill-Provinċja ta’ Guangxi fiċ-Ċina.

L-anzjana ġiet miżmuma f’gaġġa żgħira għal diversi snin, fejn ġiet sforzata biex torqod fuq biċċa injama b’liżar wieħed. Hi instabet li ma kinitx tingħata ikel adekwat u ma kinitx mlibbsa sew.

Filmat tal-anzjana fil-gaġġa beda jdur fuq il-midja soċjali fejn il-Pulizija kellhom jinvestigaw dan il-każ.

L-anzjana ttieħdet l-isptar biex tirċievi l-kura neċessarja filwaqt li l-koppja ġiet arrestata mill-Pulizija. Qed jingħad li l-koppja ma kkoperatx mal-Pulizija waqt l-interrogazzjoni.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend