STATI UNITI: Il-folla tal-protesti akbar minn dik għall-inawgurazzjoni | One News

Notifiki

STATI UNITI: Il-folla tal-protesti akbar minn dik għall-inawgurazzjoni

Il-President Amerikan Donald Trump qed jallega li dak li qed tirrapporta l-midja rigward id-daqs tal-folla li kien hemm f’Washington fil-ġurnata li nħatar President tal-Istati Uniti.

Huwa qal li l-folla kienet ferm aktar numeruża u li fil-mument li tkellem fil-US Capitol, il-folla kienet twassal sal-monument ta’ Washington.

Iktar tard, is-Segretarju tal-Istampa tal-White House qal li din kienet l-ikbar attendenza li qatt kien hemm biex issegwi l-inawgurazzjoni ta’ President.

Attendenza oħra numeruża kienet dik li ħonqot il-kapitali Washington fi protesta kontra l-amministrazzjoni l-ġdida ta’ Trump. Kienu l-eluf li protestaw minn madwar id-dinja, f’dik li qed tiġi meqjusa bħala l-ikbar rally Amerikan. Uffiċjali tal-belt ikkalkulaw li kien hemm aktar minn 500,000 persuna, kalkoli li jissuġġerrixxu li din il-folla kienet ferm akbar minn dik preżenti għall-inawgurazzjoni.

L-iskop ta’ dawn il-protesti kien biex jintefa dawl fuq id-drittijiet tan-nisa, li l-attivisti qed jemmnu li jinsabu taħt theddida taħt l-amministrazzjoni l-ġdida.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend