Żufjett bit-Taljani mejta; għandhom kull dritt, jew issa daqshekk? – One News

Notifiki

Żufjett bit-Taljani mejta; għandhom kull dritt, jew issa daqshekk?

Charlie Hebdo: hemm min jgħid ma jitgħallmu qatt, hemm min jgħid għandhom kull dritt.

Hemm ħafna min qed jgħid li din ir-rivista satirika Franċiża messet qiegħ meta żżufjettat bil-fatt li valanga ħalliet il-vittmi fl-Italja. Il-mewt tidher personifikata bil-mannara f’idha, għal waħda tnejn (minflok l-għodda tal-iski). Hemm djar itiru madwarha, u l-kliem “ġejja l-borra, imma mhux se tkun biżżejjed għal kulħadd”.

Infatti fost il-kummenti, għandhom min qed jgħid hekk: “Intom sadisti. Hawnhekk hawn nies li spiċċaw bla dar minħabba t-terremot. Jinsabu mingħajr dawl, mingħajr għajnuna. Valanga belgħat lukanda b’aktar minn għoxrin persuna ġewwa. IMESSKOM TISTĦU. Inthom l-agħar tip ta’ nies.”

Hemm min, imbagħad, jifimha differenti: “Karikatura sabiħa ħafna li turi l-aspett ikrah tal-mewt. Nittama ma tikkaġunax valanga ta’ protesti jew insulti”.

Imma hekk ġara. Hemm min kien sarkastiku hu wkoll, billi tefa’ wċuħ jidħku u kiteb “intom tajbin ħafna…bħal meta penġejtu lit-terroristi bil-ġelati. Ejja ħalli nidħku bil-vittmi…huwa aktar sempliċi milli kieku noffru għajnuna”.

It-Taljani diġà għandhom għali kbir għal Charlie Hebdo. Wara t-terremot li seħħ f’Amatrice, ippubblikaw karikatura fejn il-vittmi tat-terrmot jidhru fi stadji differenti, kull stadju mqabbel ma’ riċetta Taljana u mal-għaġin. 

Iżda bosta kienu dawk il-kmamar tal-aħbarijiet, anke Maltin, li qabżu għal Hebdo. Dan wara li fl-2011 u l-2015 il-ħaddiema tar-rivista sfaw vittmi ta’ attakki terroristiċi. Huwa mifhum li ż-żewġ attakki kienu b’risposta għal karikarturi kontroversjali li fihom iżżufjettaw b’Muhammad. Fit-tieni attakk, mietu xejn inqas minn 12-il persuna, inkluż id-direttur tal-pubblikazzjoni u nies oħra famużi għall-karikaturi tagħhom.

Jidher li mhux se jieqfu. Inti x’taħseb?

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend