VALANGA ITALJA: Isalvaw erba’ persuni oħra – One News

VALANGA ITALJA: Isalvaw erba’ persuni oħra

Erba’ persuni oħra ġew salvatu tul il-lejl mil-lukanda li spiċċat taħt is-silġ wara li kien hemm valanga tlett ijiem ilu.

Dan l-aġġornament fl-ammont ta’ salvataġġ ifisser li s’issa disa’ persuni ġew salvati mil-lukanda,

Minn tal-inqas 15-il persuna għadhom meqjusa neqsin.

Filwaqt li l-midja Taljana qalet li għad hemm persuna oħra li għadha ħajja li se tiġi salvata, aktarx nstemgħu lħna oħra minn sezzjoni oħra tal-lukanda li bħalissa tinsab mirduma taħt is-silġ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend