RITRATTI: Attendenza fqira waqt l-inawgurazzjoni ta' Trump | One News

Notifiki

RITRATTI: Attendenza fqira waqt l-inawgurazzjoni ta’ Trump

Ftit tal-ġimgħat ilu, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump, kien qal li se jkollu ħafna aktar nies minn qatt qabel jattendu għall-inawgurazzjoni tiegħu. Minkejja t-twissija li dan ma kienx se jkun il-każ, il-President kien kiteb “Il-Jum tal-Inawgurazzjoni se jkun akbar minn qatt qabel. Ħudu gost!”

Fl-2009 Barack Obama kellu rekord ta’ 1.8 miljun persuna li attendew għall-Jum tal-Inawgurazzjoni, fejn Trump kien qal li se jkun qed jaqbeż dan in-numru. Iżda minn ritratti li ttieħdu waqt iż-żewġ okkazzjonijiet, ma jurux dak li qal li se jiġri Trump.

Fir-ritratt meħud fl-2009 juri kif lanqas labra ma kienet toqgħod fost il-folla li attendiet, filwaqt fir-ritratt meħud ilbieraħ, wieħed seta’ jara ammont konsidorevoli ta’ spazju vojt. Filwaqt li kien mistenni li jattendu madwar 900,000 persuna, ġie estimat li attendew 400,000.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend