B’sieq miksura twassalhom ħdejn il-ġriewi tagħha – One News

Notifiki

B’sieq miksura twassalhom ħdejn il-ġriewi tagħha

Kelba tar-razza Greyhound li instabet b’sieq miksura tħuf it-toroq ta’ Ibiza, għenet lill-veterinarji billi wasslithom ħdejn il-ġriewi tagħha, minkejja l-kundizzjoni li kienet fiha.

Il-kelba intlemħet minn psikoloġista, Lianne Powell, fejn wara li ħaditha għand il-veterinarju, saru jafu li l-kelba aktarx kellha l-ġriewi. Minn hemm huma libsulha kullar b’ċinga twila u telquha biex jaraw fejn se toħodhom.

Kienet propju hi li wasslithom ħdejn il-ġriewi tagħha fejn bis-saħħa tagħha, kemm hi u kif ukoll il-ġriewi, issa qed jirċievu l-kura meħtieġa sabiex aktar tard jinstabilhom sid.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend