Raġel arrestat wara li fil-karozza nstabulu erba’ tipi ta’ droga – One News

Notifiki

Raġel arrestat wara li fil-karozza nstabulu erba’ tipi ta’ droga

Jiem ta’ osservazzjoni mill-membri tal-iskwadra ta’ kontra d-Droga, wasslu biex il-bieraħ filgħodu jiġi arrestat raġel ta’ 26 sena, residenti ż-Żurrieq.

F’ li kienet fil-kontroll tar-raġel, instabu madwar 80 pillola suspettati ecstasy, madwar 115-il gramma sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis, madwar 110 grammi sustanza suspettata kokaina u madwar 105 grammi sustanza suspettata eroina.

Instabu ukoll diversi affarijiet relatati mat-traffikar tal-istess sustanzi, fosthom miżien eletroniku u boroż fost oħrajn.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qort taħt arrest ftit tal-ħin ieħor.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend