Pierluigi Collina fit-toroq tal-Belt Valletta – One News

Pierluigi Collina fit-toroq tal-Belt Valletta

Dawk li kienu qed iduru fit-toroq tal-Belt Valletta, llum kellhom iċ-ċans jiltaqgħu mar-referee irtirat Taljan ta’ fama internazzjonali Pierluiġi Collina.

Żgur li mal-fanatiċi tal-futbol m’għandu bżonn l-ebda introduzzjoni hekk kif ingħata t-titlu bħala l-aqwa referee tal-FIFA għal sitt snin konsekuttivi.

Huwa kien inkarigat b’uħud mill-aqwa partiti tal-futbol  u sal-ġurnata tal-illum għadu meqjus bħala l-aqwa referee fl-istorja tal-futbol.

Pierluigi kien appuntat bħala c-chairman tal-Kumitat tar-Referees tal-FIFA u jokkupa l-kariga ta’ kap tar-referees tal-FIFA. Collina jinsab pajjiżna għall-avveniment ta’ The Economist.

Ritratt: Dinah Seguna

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend