AĠĠORNATA: Tifel ta’ sitt snin fost il-vittmi f’Melbourne – One News

Notifiki

AĠĠORNATA: Tifel ta’ sitt snin fost il-vittmi f’Melbourne

 

Tliet persuni nqatlu u mal-għoxrin indarbu wara li raġel saq karozza fuq in-nies fiċ-ċentru ta’ Melbourne fl-Awstralja.

Il-Pulizija qalet li sparat lill-aggressur fi spalltu, u arrestatu.

Jidher li l-inċident m’huwhiex wieħed marbut ma’ terroriżmu, iżda għandu x’jaqsam ma’ każ ta’ diżgwit familjari li seħħ aktar kmieni fl-istess jum.

Il-vittmi għadhom ma ġewx identifikati, għalkemm il-Pulizija ta’ Melbourne qalet li huma raġel u mara li għandhom madwar tletin sena, u tifel ta’ ftit snin.

Fost dawk midruba, hemm tarbija ta’ tliet xhur u tifel ta’ sentejn li jinsabu f’qagħda kritika, u żewġt itfal ta’ disgħa u tnax –il sena rispettivament.

Il-karozza qabel l-attakk

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend