LIVE: Donald Trump – Il-45 President tal-Istati Uniti | One News

Notifiki

LIVE: Donald Trump – Il-45 President tal-Istati Uniti

Eluf ta’ persuni ħonqu Washington hekk kif illum il-President elett Donald Trump inħatar l-45 President tal-Amerka, biex b’hekk jieħu post Barack Obama fil-White House.

Il-ġurament tal-ħatra tal-President il-ġdid sar mill-uffiċjal tal-Ġustizzja tal-Istati Uniti kull erba’ snin f’nofsinhar (17.00pm f’Malta) fl-20 ta’ Jannar skont il-kostituzzjoni Amerikana. Sal-1993, il-President il-ġdid kien jinħatar fl-4 ta’ Marzu, jiġifieri erba’ xhur wara l-elezzjoni, iżda bir-ratifikazzjoni tal-20 emenda, din tnaqqset għal xahrejn.

Il-ġurament huwa parti fundamentali taċ-ċerimonja, li wara tkun segwita minn parata f’ Pennsylvania Avenue. Bħalissa, l-President-elett Donald Trump flimkien ma martu Melania jinsab f’laqgħa privata mal-President Barack Obama u l-mara tiegħu Michelle Obama.

Tista’ ssegwi live l-inawgurazzjoni:

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend