ITALJA: Jinstabu sitt persuni ħajjin wara 40 siegħa taħt il-borra – One News

Notifiki

ITALJA: Jinstabu sitt persuni ħajjin wara 40 siegħa taħt il-borra

Sitt persuni oħra nstabu ħajjin matul tfittxija għal numru ta’ persuni irrapportati nieqsa. Fuq il-post bħalissa hemm il-ħelikopters hekk kif għaddejja operazzjoni ta’ salvataġġ. Dawn il-persuni ilhom aktar minn 40 siegħa f’temperaturi baxxi ħafna u kesħa xxoqq-il għadam.

In-numru ta’ persuni li tilfu ħajjithom żdied għal erbgħa filwaqt li 20 oħra għadhom irrapportati nieqsa. Il-ħidma ta’ salvataġġ baqgħet għaddejja minkejja l-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp.

Aktar qabel: Valanga fil-muntanji tal-Italja ħalliet minn tal-inqas żewġ persuni mejta u għexieren midruba taħt is-silġ u l-borra, inkluż trabi u tfal.

Fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa, f’kesħa xxoqq-il għadam, il-ħaddiema tas-salvataġġ komplew bit-tfittxija tagħhom għall-ħamsa u għoxrin persuna li għadhom irrapportati nieqsa.

Żewġ iġsma nstabu taħt il-bini mġarraf tal-lukanda Rigopiano fir-reġjun ta’ Abruzzu fejn il-ħaddiema tas-salvataġġ sabuha diffiċli ferm biex jagħmlu din it-tfittxija minħabba s-silġ u l-borra.

Il-valanga laqtet lukanda, l-Erbgħa, u kienet konsegwenza ta’ terremot li seħħ fl-Italja ġurnata qabel, fil-jum tat-Tlieta. Il-ħaddiema tas-salvataġġ spjegaw li jemmnu li se jsibu aktar nies midruba, minkejja li s’issa l-ebda persuna ma nstabet ħajja mill-ħamsa u għoxrin persuna nieqsa.

Il-Prim Ministru, Paolo Gentiloni talab biex il-pajjiż jingħaqad f’dan il-mument diffiċli, filwaqt li l-President tal-Kummisjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, qal li l-Unjoni se tkun qed toffri l-għajnuna lil Italja hekk kif “terremot fl-Italja, huwa terremot fl-Ewropa kollha.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend