Se tiżżewweġ lir-raġel li salvalha ħajjitha – One News

Notifiki

Se tiżżewweġ lir-raġel li salvalha ħajjitha

Melissa Dohme, minn Florida, kellha biss 20 sena meta ġiet attakkat mill-eks għarus tagħha fejn ta madwar tlettin daqqa ta’ sikkina u tħalliet għall-mewt. Għall-ewwel ħasbet li qatt m’hu se terġa’ tħobb persuna oħra iżda d-destin kellu xi ħaġa oħra pjanata għaliha.

Wara r-relazzjoni abbużiva li kellha, Melissa kienet temmet din ir-relazzjoni u minn hemm ħasbet li kienet ħelset minnu. Ġara li ried jiltaqa’ waħda tal-aħħar u hi aċċettat. Kien dakinhar li minflok ried jitkellem, ta xeba sikkina u ħalliha fl-art waħedha għall-mewt.

“Kont qed inħossni wasalt fl-aħħar minuti ta’ ħajti meta ġie Pulizija u bis-saħħa ta’ persuni oħra salvawni minn ħalq il-mewt. Wara li ttiħidt l-isptar u operawni sirt naf li qalbi waqfet kemm il-darba waqt li kont fuq il-mejda tal-operazzjonijiet. Iżda ġġilidt u salvajt,” irrakkontat Melissa.

Hi qalet li wara li fieqet ma ħasbitx li kienet se tħossha attrattata lejn ħadd, iżda wara li kellha l-opportunità li tiltaqa’ ma’ wieħed mill-irġiel li salvalha ħajjitha, Cameron, bidlet il-ħsieb.

Kelma ġġib oħra u wara ftit bdew jiltaqgħu ta’ spiss sakemm wasal il-jum li Cameron propona u Melissa qaltlu “iva”. Illum il-ġurnata Cameron u Melissa qed jippjanaw il-jum tat-tieġ u Melissa qed tistudja biex tkun tista’ tgħin lil persuni li soffrew minn vjolenza domestika. 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend