Obama jattakka qabel jitlaq – One News

Notifiki

Obama jattakka qabel jitlaq

L-Istati Uniti attakkaw kampijiet tal-ISIS fil-Libja tul il-lejl li għadda. Uffiċjali Amerikani qalu li din il-missjoni, li mistennija tkun l-aħħar waħda, seħħet allajrieda u kienet ordnata mill-President Barack Obama ftit tal-jiem ilu.

Forzi Amerikeni kienu ilhom jissorveljaw iz-zoni milquta għal ġimgħat, hekk kif ġellieda ħarbu minn Sirte mal-kosta. B’kollox intlaqtu żewġ kampijiet. L-attakki ma setgħux isiru qabel għax il-kampjijiet ġew imċaqalqa. Il-bombers Amerikani B-2 kellhom jolqtu erba’ kampijiet, iżda laqtu biss nofshom. Uħud mis-siti kienu vojta, hekk kif il-ġellieda mxew mill-ġdid. Fuq standby kien hemm ukoll cruise missiles Tomahawk, iżda qed ikun irrapportat li ma ntużawx.

L-approvazzjoni tal-President Amerikan għal dan it-tip ta’ attakk, qrib iż-żmien li l-amministrazzjoni tiegħu riesqa lejn tmiem, tkompli turi biċ-ċar kemm huwa diffiċli timmarka u teradika ġellieda tal-ISIS madwar id-dinja.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend