Allerġika għar-raġel tagħha – One News

Notifiki

Allerġika għar-raġel tagħha

Johanna Watkins, tfajla ta’ 29 sena minn Minnesota, ma tistax tbus lir-raġel tagħha Scott, u lanqas tgawdi ftit ħin fl-istess kamra miegħu.

Watkins issofri minn kundizzjoni li tissejjaħ Mast Cell Activation Syndrome, kundizzjoni rari fis-sistema mmunitarja, li tfisser li hi allerġika għal kważi kollox. Saħansitra għar-riħa tar-raġel tagħha.

“Ngħamlu ħilitna biex nqattgħu ftit ħin flimkien iżda ma nistawx. Allura, ġieli naraw film flimkien. Id-differenza tkun li jien inkun f’sular u hu f’sular ieħor, u nitkellmu permezz ta’ messaġġi fuq il-kompjuter,” spjegat Watkins.

Johanna tgħix fl-attic tad-dar, b’twieqi u bibien magħluqa sew u b’arja li tiġi ppurifika ‘l ħin kollu minħabba li l-kundizzjoni tagħha hi waħda severa.

Ritratt: Ftit qabel ma avvanzat il-kundizzjoni ta’ Johanna

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend