Jintervjenu Sant, Mizzi u Dalli | One News

Notifiki

Jintervjenu Sant, Mizzi u Dalli

Fl-intervent tagħha waqt sessjoni plenarja fi Strasburgu, il-membru Ewro Parlamentari Miriam Dalli tkellmet kontra dak li qal l-membru parlamentari Ewropew Casa. Qalet li hija kburija li hija Maltija u sostniet li l-Presidenza Maltija b’sodisfazzjon. Dalli sostniet li huwa vantaġġ li aħna pajjiż żgħir għax aħna aktar viċin l-poplu u verament nafu x’ jridu u b’hekk ser naħdmu biex nagħmlu l-Unjoni Ewroepa relevanti għaċ-ċittadin.

Fuq l-immigrazzjoni u s-sigurtà, sosntiet li mhux possibli ma nieħdux deċiżjoni, u b’hekk irridu li l-UE tibqa’ mgħaquda. Malta ser tkun qed tagħmel id-differenza, temmet Dalli.

Fis-seduta plenarja tkellmu ukoll l-MPE f’ isem il-parit Laburista Dr Alfred u Sant u Marlene Mizzi. Sant, il-Kap tad-delegazzjoni Maltija, irrefera għad-diskors ta’ Casa u sejjahlu eżaġerazzjoni. L-MPE qal li l-Unjoni Ewropea għandha tiffoka fuq il-politika tal-viċinat biex verament ikollna Ewropa sigura. Huwa qal li dam ghandu jsir mingħajr ma nagħtu l-impressjoni li l-aġenda tal-Gvernijiet għandha tinbidel.

Minn naħa tagħha, il-Membru Parlamentari Ewropew Marlene Mizzi sostniet li Malta tista’ tagħti nifs ġdid lill-proġett tal-Ewropa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend