Itajru anzjana fil-Mosta | One News

Notifiki

Itajru anzjana fil-Mosta

Anzjana ta’ 67 sena mill-Mosta ttieħdet l-Isptar Mater Dei wara li sfat imtajra fi Vjal l-Indipendenza fil-Mosta. L-inċident seħħ fis-sagħtejn u għoxrin tal-Erbgħa wara nofsinhar.

Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija rriżulta li l-anzjana ttajret minn vettura tat-tip Renault Megane, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 53 sena minn Ħal Balzan.

Il-kundizzjoni tal-vittma għadha mhix magħrufa filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend