Casa: l-ewwel vuċi kontra Malta | One News

Notifiki

Casa: l-ewwel vuċi kontra Malta

David Casa għażel li jkun l-ewwel vuċi kontra Malta, u kien hu bl-ewwel diskors negattiv fil-plenarja fi Strasburgu fejn il-Prim Ministru Joseph Muscat għadu kemm spjega l-prijoritatjiet tal-Presidenza.

Kienu kollha kummenti pożittivi dawk li għamlu l-Presidenti tal-gruppi politiċi u kien biss David Casa, l-MEP f’isem il-Partit Nazzjonalista li tkellem kontra Malta u li ma għamel l-ebda referenza għall-prijoritajiet Maltin tal-Presidenza.

Qal minflok li Gvern Laburista jimbarrazzah u li għalhekk mhux se jkun qed jagħmel diskors normali u f’loku bħall-bqija tal-membri Parlamentari Ewropej.

Din mhux l-ewwel darba li David Casa li jiftaħar li huwa kburi li hu Malti li jagħmel dawn it-tip ta’ kummenti fil-Parlament Ewropew u li jagħmel allegazzjonijiet kontra pajjiżu stess.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend