Omm tibni dar mat-tfal tagħha – Titgħallem kif fuq Youtube – One News

Notifiki

Omm tibni dar mat-tfal tagħha – Titgħallem kif fuq Youtube

Cara Brookins, omm ta’ erbat itfal li tgħix f’Arkansas, iddeċidiet li minħabba li ma kinitx taffordja tixtri dar lesta, bniet waħda billi segwiet filmati fuq Youtube bl-għajnuna tat-tfal tagħha.

L-omm li għaddiet minn diversi relazzjonijiet abbużivi u fi ftit snin temmet żewġ żwiġijiet, xtaqet li tibda paġna mill-ġdid u biex tqawwi qalb it-tfal u tkun ta’ eżempju biex fil-ħajja m’għandek taqta’ qalbek qatt, għamlet dan il-pass li jħalli lil ħafna bla kliem.

Wara li urugan kaxkrilhom id-dar ta’ fejn kienu jgħixu, Cara kelmet lill-bank u aċċettaw li jtuha ¢150,000 b’self biex tixtri l-materjal neċessarju. Wara diversi filmati fuq Youtube u qbil bejn it-tfal u l-omm, irnexxielhom jibnu dar bħala familja.

Esperjenza li filwaqt li swiet bħala lezzjoni li dejjem għandek iżżomm sod, it-tfal esperjenzaw affarijiet ġodda u ġew mgħallma dwar l-istadji diversi ta’ kif tinbena dar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend