Kowċ tal-football mixli li waddab tazza tal-birra lejn Pulizija – One News

Notifiki

Kowċ tal-football mixli li waddab tazza tal-birra lejn Pulizija

Keith Darmanin, kowċ fin-nursery tal-football tal-Floriana ngħata l-libertà proviżorja wara li ġie mixli li waddab tazza tal-birra lejn pulizija waqt argument li qam.

Il-Ħadd, waqt il-logħba bejn Fgura United u Rabat Ajax fil-Victor Tedesco Stadium qam argument fil-bar fejn il-ground. Fil-Qorti ntqal li r-raġel ta’ sebgħa u tletin sena kien involut fl-argument u pulizija talbu biex joħroġ.

Kien hawn li allegatament attakka lil pulizija billi waddablu tazza. Filwaqt li huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ ħames mitt ewro u garanzija personali ta’ elfejn ewro, ġie ordnat li ma jersaq lejn l-ebda grawnd jekk mhux fil-kapaċità ta’ kowċ tal-football.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend